Filmat: Paniku… X’ġara lbieraħ f’Tomorrowland fi Spanja?

Aktar minn 22,000 persuna lbieraħ ġew evakwati mill-festival mużikali Tomorrowland Unite f’Barċellona fi Spanja, wara li nirien kbar ħakmu parti mill-istejġ.
Il-midja soċjali ġiet ibbumbardjata b’ritratti li juru n-naħa tax-xellug tal-istejġ tal-festival tieħu n-nar.
L-organizzaturi spjegaw li kienet problema teknika fis-sistema tal-ispeakers li kkawżat in-nirien.
Minkejja li ħadd ma weġġa’, uħud kellhom jingħataw il-kura għall-ansjetà li kkawża dan l-inċident.
L-awtoritajiet se jkomplu bl-investigazzjoni.
Filmat: YouTube