Filmat: “Pa, ħallini ħa mmut” – Robert

Illejla fis-7pm fuq TVM Umani jitratta l-istorja ta’ Robert Vella ta’ 35 sena mill-Mosta.  Kif twieled eżatt Robert kellu jittieħed l-Ingilterra minħabba problemi serji f’qalbu, u kemm -il darba kien se jmut, iżda bl-għajnuna t’Alla, tat-tobba f’Malta u l-Ingilterra u d-determinazzjoni tal-ġenituri tiegħu, Robert baqa’ ħaj.

Minkejja li għandu diżabilità, Robert huwa ġuvni mill-iktar pożittiv, jaħdem u jgħix ħajja normali, u jispira lil ħaddieħor biex jagħmel bħalu. 

Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat.