Filmat: Owen Bonnici jintlaqat minn bajda

Reuters

Read in English.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici dalgħodu ntlaqat minn bajda quddiem Kastilja.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters kienet preżenti u ġibdet filmat tal-inċident.

Skont ir-Reuters il-bajda ntefgħet minn persuna li kienet qed tipprotesta quddiem il-Berġa ta’ Kastilja. Bonnici kien għadu kemm jasal għal laqgħa dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Bħalissa f’Malta hawn delegazzjoni ta’ MEPs li qed jinvestigaw is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż. Il-Pulizija minn dejjem kient il-problema f’Malta peress li mhux qed tiftaħ investigazzjonijiet skont il-MEP Sven Giegold.