Filmat: Orkestra Olandiża tingħaqad f’vidjow fuq YouTube għall-Innu tal-Ewropa

Il-membri tal-Orkestra ta’ Rotterdam fl-Olanda ngħaqdu jdoqqu flimkien minkejja li ma jistgħux jiltaqgħu minħabba fl-imxija tal-coronavirus. Iżda xorta waħda daqqew magħquda fuq YouTube.

Il-membri ddeċidew li jdoqqu l-Innu tal-Ewropa, Ode to Joy,  li hu bbażat fuq l-aħħar moviment tad-9 Sinfonija ta’ Beethoven, bħala sinjal ta’ għaqda u biex jagħmlu kuraġġ liċ-ċittadini Ewropej.

Fil-vidjow li poġġew fuq YouTube jidhru jdoqqu wieħed wara l-ieħor bl-istrumenti tagħhom fl-aħħar  jitwaħħdu  flimkien biex iwasslu t-tmiem bil-mużika maestuża li l-Ewropej imdorrija jisimgħu.

Dan il-vidjow fi ftit jiem rawh aktar minn miljun u nofs ruħ.