Filmat: Orfanatrofju biex tfal ma jinqatlux

F’okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Missjoni, newsbook.com.mt tkellem ma’ Robert Farrugia ta’ Missio Malta dwar l-effett li l-pandemija fuq il-ħidma missjunarja f’bosta pajjizi.

Farrugia jitkellem dwar il-Covid Fund li nieda l-Papa kif ukoll dwar il-proġetti sostenibbli li l-Missio kienet ikkommettiet l-għajnuna tagħha.

“Bejn wieħed u ieħor Missio tgħin fuq 70 proġett fil-missjoni, apparti l-edukazzjoni tat-tfal, il-boroz ta’ studju lis-seminaristi u l-mediċini,” jgħid Robert Farrugia.

Mill-flus miġbura llum u matul is-sena, se jkunu qed jinġabru flus biex jgħinu il soru fil-Ghana li tiġbor tfal li jitwieldu b’diżabilità u li l-kommunità tishom bħala “saħta” u għalhekk joqtluhom. Iżda Sister Stan Therese Mumuni tiġbor dawn it-tfal u trabbihom f’dan l-orfanatrofju biex b’hekk dawn jiksbu d-dinjità tagħhom.

Waqt l-intervista li tinsab fil-paġna, Robert Farrugia jaqsam bosta esperjenzi fuq id-diversi proġetti.

Int ukoll tista’ tgħin lil Missio fil-ħidma tagħha kemm illum u anke matul is-sena. Aktar dettalji jinsabu fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Missio Malta.