Filmat: “Oqogħdu ġewwa, ibqgħu f’saħħitkom” – l-għajta tal-professjonisti tas-saħħa

“Oqogħdu ġewwa, ibqgħu f’saħħitkom” – din hija l-għajta tal-professjonisti tas-saħħa lill-pubbliku Malti u Għawdxi.

Fil-filmat ippubblikat mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa u li qed jiċċirkola onlajn, il-Ministru Chris Fearne appella biex il-pubbliku jgħin f’din il-ġlieda kontra l-pandemija. Spjega li bl-għajnuna tal-pubbliku, il-qasam tas-saħħa jkun jista’ jagħti l-kura lil kull min ikollu bżonnha.

Fil-filmat titkellem Agnes, omm ta’ żewġ itfal li xogħlha taħdem fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Hija tispjega li mhux faċli titlaq lill-familja biex tmur taħdem u għalhekk appellat biex kulħadd jiġbed ħabel wieħed.

Fost il-parteċipanti tal-filmat tidwi l-għajta biex kulħadd jagħmel dmiru li jibqa’ d-dar.

Jitkellmu wkoll l-infermier Ronald Barbara, Graziella li hija xjentista, Jacov li huwa spiżjar, Sephora li hija clerk f’Mater Dei u Anthony li huwa inġinier fl-istess sptar.