Filmat: Opportunità tad-deheb waqt tfittxija għal talent ġdid fuq it-televiżjoni

Il-programm popolari tas-Sibt filgħaxija, The Entertainers, li għandu preżentazzjoni ta’ Janvil u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, u li jixxandar fuq l-istazzjon Net, se jirritorna għall-ħames staġun minn Ottubru li ġej.

Matul din is-sensiela, waqt The Entertainers se tkun qed titnieda kompetizzjoni u vetrina ta’ talent ġdid bl-isem ta’ Talent Search. Għaldaqstant, it-tim tal-produzzjoni qed jagħmel sejħa għal talenti ta’ kull tip u ta’ kull età.

Jekk int kantant, żeffien, attur, mużiċist, taf tagħmel il-maġija jew għandek xi talent ieħor mela din is-sejħa tgħodd għalik. Fil-passat it-tim ta’ The Entertainers tella’ wkoll The Entertainers Singing Challenge fejn fih ħadu sehem bosta kantanti, inkluż Michela Pace, ir-rebbieħa tal-ewwel staġun ta’ X Factor Malta.

The Entertainers Talent Search jista’ jkun il-bidu ta’ affarijiet kbar għalik. Jekk għandek talent issa ċ-ċans li taqsmu ma’ ħaddieħor. Għal aktar tagħrif ibgħat emejl fuq info@spiterilucas.net jew ikkuntattja lit-tim tal-produzzjoni fuq 9989 6638.

Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija t-Tnejn 16 ta’ Settembru.