Filmat: Opportunità biex inħarsu lejn il-futur ta’ Malta – Fabri, Newsbook Webinar

L-ekonomista JP Fabri sostna li l-perjodu ta’ kriżi li ġab miegħu l-coronavirus jista’ jservi bħala opportunità biex wieħed iħares serjament lejn il-futur ta’ Malta.

Waqt webinar organizzat minn Newsbook.com.mt, Fabri spjega li bħalissa hawn pawsa ekonomika madwar id-dinja kollha u kull pajjiż qed jara kif se jfassal l-ekonomija ta’ għada. Qal li l-pajjiż irid jibda jieħu l-futur ta’ Malta b’aktar serjetà, kemm fuq livell nazzjonali iżda wkoll fuq livell settorjali.

Qal li l-viżjoni tal-pajjiż għadha titfassal fuq ħames pilastri importanti:

  • Teknoloġija
  • Trasformazzjoni
  • Talent
  • Tranżizzjoni
  • Titjib

Irrimarka li jifhem li viżjoni tat-tip u perjodu tranżitorju jieħu l-ħin tiegħu. Qal iżda li l-kriżi sservi bħala oppotunità biex wieħed jibdel b’mod aktar faċli dak li forsi mhux qed ikun ta’ ġid għall-pajjiż.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn