Filmat: Omm titmasħan ma’ sewwieq fil-Ħamrun

Sewwieq baqa’ għaddej minn fuq zebra crossing fil-Ħamrun minkejja li kien hemm mara b’żewġt it-tfal u pushchair. Filmat li waslilna juri biċ-ċar li s-sewwieq lanqas ipprova jnaqqas, aħseb u ara kemm jieqaf kif suppost kellu jagħmel.
Inti li żgur se tikkritika lil dan is-sewwieq, ġieli ġralek hekk b’mod ġenwin? Forsi ż-zebra crossing kienet mgħottija b’vettura kbira u ma ġiekx f’moħħok tnaqqas?
X’taħseb?

Filmat: qarrej. Jekk għandek filmati jew ritratti simili ibagħthom fuq info@newsbook.com.mt