Filmat: Olivia Newton-John tingħata rigal li qatt ma kienet qed tistenna

Waqt irkant li sar dan l-aħħar Olivia Newton-John biegħet madwar 500 oġġett li wżat fil-films fosthom il-qalziet iswed u l-gakketta li libset għax-xena tal-aħħar fil-film Grease tal-1978. Il-flus li ġabret minn dan l-irkant marru għall-fondazzjoni tagħha Olivia Newton-John Cancer Research and Wellness Centre biex tkun tista’ tgħin nies li bħalha qed jiġġieldu l-kanċer. Dan l-irkant wassalha biex iddaħħal $2.4 miljun, kważi d-doppju ta’ dak li kienet ħasbet li se ddaħħal mill-gakkett u l-qalziet biss.

Però dak li seħħ dan l-aħħar kien ġest li Newton-John qatt ma kienet qed tistenna meta dak li xtara l-gakketta tagħha għas-somma ta’ $243,200 ippreżentalha lura din il-ġakketta bħala rigal biex tiddendel fiċ-ċentru li hi għandha biex tilqa’ nies bil-kanċer.

Ix-xerrej ried jibqa’ anonimu u fil-filmat wiċċu ma jidher qatt.

“Din il-gakketta hija tiegħek,” qalilha waqt il-preżentazzjoni hekk kif Newton-John emozzjonat ruħha u għannqitu magħha.

Kindness and Generosity with Olivia Newton-John (Post Auction Update)

Here is the full video of what happened following our "Property From The Collection of Olivia Newton-John" auction last month, as a result of the generosity of the winning bidder of her iconic Grease jacket…#OliviaNewtonJohn #Kindness #Inspiration #Hope

Posted by Julien's Auctions on Tuesday, December 10, 2019

Olivia Newton John ilha snin twal tiġġieled il-kanċer u din hija t-tielet darba li għaddejja bit-trattament għall-kanċer. Hi però tibqa’ attiva biex fl-istess waqt li tieħu l-kura biex terġa’ tfiq, tkun ukoll ta’ spalla u toffri wkoll għinuna lil nies li bħalha għandhom il-kanċer.