Filmat: “Nużaw dan il-ħin biex bħala familja nsiru nafu lil xulxin”

Stay Safe!

The more we watch it, the more we miss you! Bravi Super Zebbug Kids! Thanks to Anna Marie Mifsud for the initiative.

Posted by Zebbug Kids on Friday, April 17, 2020

It-tfal ta’ Żebbuġ Għawdex ħarġu b’inizjattiva oħra.

Wara li dan l-aħħar impenjaw irwieħhom f’ħafna tpinġijiet biex iwasslu qawsalla ta’ kuraġġ, issa għamlu filmat li fih qed iwasslu l-apprezzament tagħhom lit-tobba u l-professuri, il-pulizija u s-suldati, in-nurses u carers u l-awtoritajiet tas-saħħa u l-mexxejja tal-Istat filwaqt li jħeġġu lill-pubbliku biex jisimgħu minn dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa i jħeġġu biex dan iż-żmien nużaw biex bħala familja “insiru nafu lil xulxin”.

Segwi l-filmat kollu biex tara x’messaġġ qed iwasslu dawn it-tfal, li minkejja li huma ta’ età żgħira, jafu sew x’messaġġ iridu jwasslu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.