Filmat: “Niżżewġek kuljum sal-aħħar jum ta’ ħajti” – Priscilla lil Antonio

Awguri lill-kantanta Priscilla Psaila, magħrufa wkoll bħala Kaya, li llum qed tiċċelebra ħames snin miżżewġa lil Antonio Giordano.

Huma ltaqgħu f’Awwissu tal-2012 meta Priscilla kienet mistiedna tkanta f’kunċert f’Maiori fl-Italja. Wara relazzjoni ta’ tlett snin, Priscilla u Antonio żżewġu bħal-lum is-7 ta’ Settembru tal-2015 fil-knisja tal-Imdina. Dan wara li sena qabel, f’Tas-Sliema, Antonio kien ippropona lil Priscilla biex tiżżewwġu.

Bħal-lum ħames snin ilu l-ewwel minn żewġ ċelebrazzjonijiet li għamlu għax wara l-qamar il-għasel, il-koppja ċċelebrat iż-żwieġ permezz ta’ festin ieħor, din id-darba fl-Italja, il-pajjiż ta’ Antonio.

Permezz ta’ newsbook.com.mt Priscilla għaddiet lil Antonio dan il-messaġġ:

“Miegħek għext tmien snin meraviljużi (tlieta għarajjes u ħames snin miżżewwġa). Grazzi minn qalbi ta’ dak kollu li tajtni. Niżżewġek kuljum sal-aħħar jum ta’ ħajti. Inħobbok.”

(Ho vissuto con te 8 anni meravigliosi (3 anni fidanzati e 5 anni Spozati), grazie di cuore per tutto ciò che mi hai donato. Ti sposerei ogni giorno, fino all’ultimo giorno della mia vita. Ti amo).

Awguri lil Priscilla f’dan il-jum speċjali u għal aktar snin ta’ mħabba.