Filmat: “Nixtieq nerġa’ nesperjenza l-imħabba” – The Clintess

Sibtek li jmiss specċali mimli b’dawk l-iktar stejjer speċjali tul din l-iskeda.

Sibtek li jmiss mimli personalitajiet maltin mal - familjari taghhom 💙 Titilfux #staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin

Posted by Sibtek on Sunday, June 21, 2020

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek, The Clintess se titkellem fil-miftuh dwar l-emozzjonijiet tagħha u dwar jekk ġietx aċċettata min-nies inġenerali.

Se nsegwu wkoll ħafna intervisti fosthom dik ma’ Stephanie Spiteri flimkien mal-partner tagħha Kartal u binha Michael.

Il-preżentatur ta’ Sibtek Ryan Borg se jkollu sorpriża ħelwa ħafna mingħand missieru u Josmar ser ilaqqagħna ma’ ommu Marie. 

It-tim ta’ Sibtek kien għamel ċajta lil Valentina Rossi. Illum insiru nafu kif ħaditha!

Se nsegwu ħafna spettaklu minn kantanti lokali u se jkun hemm ukoll sorpriża ħelwa f’din l-edizzjoni ta’ Sibtek li tixxandar fis-12.45pm fuq TVM.