Filmat: Nixtieq li d-diżgwid jibqa’ intern – Cutajar

Il-kandidata tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Josianne Cutajar qalet li tixtieq li d-diżgwid politiku jibqa’ intern.

Waqt sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-Elezzjonijiet tal-PE, Cutajar qalet li jiddispjaċiha tara attakki fuq Malta u li tippreferi li kieku fl-Ewropa jiġu diskussi temi bħall-ażil u l-immigrazzjoni.

Fi kliem Cutajar, meta Malta kellha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-pajjiż wera li jaf imexxi. Cutajar qalet ukoll li wieħed irid jirrikonoxxi li l-politika ta’ one size fits all mhux dejjem taħdem.

Cutajar qalet li jekk tiġi eletta tixtieq taħdem fil-qasam soċjali biex taħdem favur liġijiet li jnaqqsu d-deskriminazzjoni.

Tista’ taqra aktar dwar il-kampanja elettorali minn hawn.