Filmat: “Nittamaw li nidħlu f’darkom bil-mużika tagħna”

Goodness of God - Home Recording Trio

We 3 are like siblings - and we're lucky we get to create and do music together too! Here is a very raw home recording of a new beautiful worship song that we just learned - Goodness of God!We hope we can come into your homes with our music and bring you few minutes of peace and gratefulness. Feel free to sing with us and share this video! We love creating harmonies and singing, but mostly we just love doing all this together!Let us all sing of the Goodness of God! <3#worshipsongs #goodnessofgod #3partharmony #harmonies #praiseandworship #grateful #gap #trio #maundythursday #singingfromhome #homerecording #singers #maltasingers #maltaevents #churchsingers

Posted by Pamela on Monday, April 6, 2020

Iqisu lilhom infushom bħala aħwa u proprju għal dawn il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa Glen Vella, Pamela Bezzina u Angela Tirchett iddeċidew li jingħaqdu flimkien virtwalment biex bl-interpretazzjoni tagħhom ta’ Goodness of God, jidħlu fid-djar ta’ dawk kollha li se jsegwu l-filmat.

Jiddeskrivu din il-kanzunetta li tistgħu ssibu f’din il-paġna bħala waħda ta’ qima u li kif jindika l-isem titratat fuq it-tjubija ta’ Alla.

Fil-kummenti tagħhom huma qali li jittamaw li jnisslu ftit ta’ paċi u gratitudni fil-ħajja ta’ kull min qed isegwi l-filmat u fl-istess waqt qed jsitiednu lil kulħadd biex ikanta magħha u anki jxerred il-filmat fuq il-midja soċjali biex b’hekk ikunu jistgħu jaqsmu mal-pubbliku l-armonija u l-mużika li huma flimkien iħobbu joħolqu.