Filmat: “Nitolbu ħafna għalik” – Puttinu

Proprju dalgħodu Puttinu Cares wasslu messaġġ ta’ kuraġġ lil Mikhael Felice u lil ommu Michelle hekk kif dalgħodu it-tifel telaq lejn l-Ingilterra fejn se jkun qed issirlu operazzjoni biex jitneħħielu tumur. Dan wara li t-tifel qatta’ l-aħħar 9 xhur fir-Rainbow Ward

“Nixtiequ minn qalbna nawgurawlek suċċess u li tiġi lura malajr. Nitolbu ħafna għalik. Il-Bambin miegħek sabiħ,” kitbulu ta’ Puttinu Cares dalgħodu bħala turija ta’ kuraġġ.

Mhux biss, iżda fl-aħħar ġranet, l-istudent tal-iskola primarja ta’ St Clare College ta’ San Ġwann ħejjew ukoll danil-filmat biex dejjem jagħtu kuraġġ lil dan it-tifel.

Mikhael's friends

Fadal 5 t'ijiem sabiex Mikhael isiefer ghall-operazzjoni sabiex jitnehhilu t-tumur. It-tfal tal-klassi tieghu flimkien ma l-ghalliema Alison ghamlulu din is-sorpriza helwa. Kuragg Mikhael

Posted by Puttinu Cares on Saturday, June 13, 2020

F’dan il-mument, it-talb tal-Maltin u l-Għawdxin huwa meħtieġ ħalli kemm Mikhael kif ukoll il-familja tiegħu jkunu mimlija bil-kuraġġ.