Filmat: Nitfa Kultura… ma’ Rita Saliba

Fil-festival tal-ktieb ta’ din is-sena ltqajna mal-karattru simpatku ta’ Gabrijel, tifel ċkejken b’par għajnejn kbar u tondi, li qed jesplora d-dinja ta’ madwaru. It-tliet kotba ġodda, ta’ Rita Saliba huma parti minn sensiela ta’ kotba għat-tfal ta’ bejn il-ħames u s-seba’ snin li joffru qari għall-gost, b’illustrazzjonijiet attraenti u li jappellaw għal qarrejja ċkejknin. Fil-programm tal-lum, Rita Saliba titkellem ma’ Frederick Zammit dwar l-avventuri ta’ Gabrijel.