Filmat: Nitfa Kultura… ma’ Rita Saliba

Lorella u l-Ġenju li ma kienx jaf jaqra huwa ktieb ieħor ta’ Rita Saliba. Huwa ktieb b’rakkont kemxejn differenti għall-fatt li huwa dramm għat-tfal b’ħafna karattri ħelwin ‘misruqin’ mid-dinja tal-istejjer popolari. Frederick Zammit jilqa’ mill-ġdid lil Rita Saliba biex taqsam magħna ftit tagħrif dwar Lorella u kif jista jkun li l-ġenju f’dan il-ktieb ma jafx jaqra!