Filmat: Nitfa Kultura… ma’ E. V. Borg

E.V. Borg huwa l-mistieden ta’ Frederick Zammit biex jitkellem dwar il-wirja The Immortals of a City. Din il-wirja edukattiva, partikulari u unika hija dokument ta’ kultura u storja Ewropeja espressjoni li nsibu f’monumenti artistiċi fil-bliet hekk imsejjħa ‘Kapitali ta’ Kultura’. Is-suġġetti ivarjaw għax jipprezentaw eroj jew personalità storika, monumenti eskwestri, avvenimenti drammatiċi u traġiċi u saħansitra figuri jew simboli li biż-żmien saru mitiċi, immortali, bħall-‘logos’ popolari fil-memorja kollettiva jew simboli konkreti tal-pajjiż partikulari.