Filmat: “Nistenna biex inkun naf tqaċċatx minn X Factor”

Lorisanne Refalo, Giovanni u Louisa Degabriele wkoll taw l-interpretazzjoni tagħhom quddiem il-ġurija.

Lorisanne u Giovanni għaddew għall-fażi li jmiss iżda għad irridu naraw x’se jkun id-destin ta’ Louisa.

“Qed nistenna biex inkun naf jekk tqaċċatx mill-kompetizzjoni,” ikkummentat hi wara li kienet Ira Losco li ħabbritilhom id-deċiżjoni tal-ġurija tal-programm.