Filmat: “Nista’ nikser il-Kmandamenti?” – The Hand-Book

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Ġovann Tabone u Charmaine Rossiter Attard, editur ta’ newsbook.com.mt

Il-qari tal-ġurnata

Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”. U hu qalilhom: Li kieku kontu tafu xi jfissru l-kelmiet, “Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju”, ma kontux tikkundannaw lil min hu bla ħtija. Għax Bin il-bniedem huwa Sid is-Sibt”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.