Filmat: Nisa u rġiel f’Raqqa jaħarqu l-ilbies li kellhom jilbsu taħt il-ħakma tal-ISIS

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=BdXi-HYpjxM]

Hekk kif il-belt ta’ Raqqa fis-Sirja nħelset mit-tirannija tal-Istat Iżlamiku, kienu bosta dawk in-nisa u l-irġiel li b’ġest simboliku ħarqu l-burqa jew qaxxru l-leħja, regoli li kienu jiġu f’inkwiet kbir kieku m’obdewx taħt l-ISIS.

Għadd ta’ filmati ttellgħu fuq Youtube juru xeni simili.
F’wieħed mill-filmati jinstema’ resident iħeġġeġ biex ħaddieħor jagħmel bħalu, anki biex jinki lill-Istat Iżlamiku.
F’ieħor tinstema mara tisħet lil min ġegħelhom jilbsu dak l-ilbies.
Minkejja dan, iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom fuqhom id-dell tqil tal-persuni li nqatlu mill-ISIS fiż-żmien li għamlu jokkupaw din il-belt.
Raqqa nħelset minn ġellieda tal-Forzi Demokratiċi tas-Sirja, megħjuna mill-Istati Uniti, wara aktar minn sena.