Filmat: “Nirringrazzja lil-Laburisti u n-Nazzjonalisti ta’ Raħal Ġdid” – Dominic Grima

Is-Sindku elett ta’ Raħal Ġdid, Dominic Grima, irringrazzja lin-nies kollha ta’ Raħal Ġdid, kemm Laburisti u anke Nazzjonalisti, għax qal li kollettivament urew xi jridu għal-lokalità tagħhom.
Grima, li ħareġ f’isem il-Partit Laburista, kien sindku fil-leġiżlatura preċedenti. Huwa qal li n-nies ta’ Raħal Ġdid bil-vot tagħhom urew li kienu kuntenti bil-kunsill tal-erba’ snin ta’ qabel.
Huwa wiegħed li jmexxi kunsill pożittiv, sabiex jaħdem għall-ġid tal-lokalità.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Illum l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u jintemm illum, bl-aħħar 23 lokalità. Illum, il-voti li qed jingħaddu huma dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.