Filmat: Nirien jaħkmu djar f’Kalifornja

Il-Gvernatur ta’ Kalifornja fl-Amerka, Gavin Newsom, iddikjara stat ta’ emerġenza hekk kif hemm nirien kbar li qed jaħkmu l-post.

Skont il-BBC, daqs 180,000 persuna ġew ordnati biex jabbandunaw lil darhom.

Minħabba n-nirien, kien hemm ukoll l-ikbar telf ta’ dawl fl-istorja tal-istat ta’ Kalifornja, hekk kif miljun persuna spiċċaw bla elettriku. Miljun persuna oħra mistennija jitilfu d-dawl fis-sigħat li ġejjin,

Il-kumpaniji tad-dawl qed jippruvaw iwaqqfu l-kejbils li sofrew ħsara milli jkomplu jqabbdu nirien ġodda.

In-Nar Kincade huwa kkontrollat sa 10% biss.

Filmat: Twitter @Prunovineyard