Filmat: Nirien f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan

Read in English.

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ndara kawża ta’ nirien f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq Birkirkara fl-3.50pm.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u l-Pulizija ġew imsejħa fuq il-post fejn taw l-għajnuna lil raġel li ndarab fin-nirien. Jidher li n-nirien bdew minn garaxx f’sit ta’ kostruzzjoni fejn kien hemm ir-raġel ta’ 42 sena minn Tas-Sliema. Il-Pulizija kkonfermat li r-raġel sofra xi ġrieħi ħfief.

Filmat: Luke Zerafa