Filmat: Nirien fl-Awstralja; tmut persuna

Read in English.

Persuna mietet wara li nħakmet min-nirien li qed jinferxu mal-istat ta’ New South Wales fl-Awstralja. Bħalissa hemm żewġ nirien kbar imdawwrin ma’ Sydney, li huma f’livelli ta’ emerġenza.

Numru ta’ toroq fil-madwar ta’ Sydney kellhom jingħalqu għall-biċċa l-kbira mill-ġurnata, u l-awtoritajiet wissew lin-nies biex jistennew qabel jibdew jivvjaġġaw għall-btala fil-bidu tal-vaganzi tal-Milied. L-awtoritajiet qalu li n-nirien jaf jiżdiedu minħabba r-riħ u minħabba t-temperaturi għoljin.

NSW Rural Fire Service/via REUTERS

Issa qabad riħ frisk, li għalkemm qed iniżżel it-temperaturi għoljin, jaf jifrex in-nirien iżjed. Bħalissa hemm 3,000 membru tal-Protezzjoni Ċivili Awstraljana jibbattaljaw kontra n-nirien.

L-Awstralja ilha tiġġieled in-nirien għal ġimgħat, li qerdu iżjed minn 700 dar, u 3 miljun ettaru ta’ kampanja.

Filmat: @Aisecsinc fuq Twitter