Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti fit-tifi tan-nar minn appartament fil-Gżira. Jidher li xi nirien żviluppaw minn short circuit fl-elettriku tal-binja.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd mill-persuni li kienu fil-binja ma kellu bżonn kura fl-isptar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 fi Triq San Albert fil-Gżira.
Filmati: Luigi Rizzo fuq Facebook