Filmat: Nirien f’Tal-Virtù

Għadd ta' għelieqi li jinsabu eżatt quddiem is-Seminarju tal-Arċisqof f'Tal-Virtù r-Rabat ħadu n-nar.

Jidher li l-ħaxix li kien hemm fl-għelieqi ħa n-nar minħabba l-ammont kbir ta' sħana li qed tagħmel.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post biex jitfuh. Sakemm waslu, is-sidien tal-għelieqi kienu qed jipprovaw jitfu n-nar huma stess billi jwaddbu l-ilma.

Ħadd ma' weġġa f'dan l-inċident.

Filmat u ritratti: Robert Cauchi