Filmat: “Nipproteġu lil uliedna” – Vanessa

L-attriċi Vanessa Cassar, magħrufa l-aktar għall-karattru ta’ Miss Catherine fis-sensiela popolari Santa Monika, qed twassal appell lill-ġenituri kollha biex għall-imħabba kbira li għandna għal uliedna għandna nibqgħu miġburin f’darna biex b’hekk nipproteġuhom.

Vanessa, li wkoll hija omm, qed twassal dan l-appell sempliċi iżda li tajjeb li nżommuh f’moħħna fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu bħalissa.

Segwi l-filmat f’din il-paġna biex tara l-messaġġ kollu, kif ukoll tajjeb li tieħdu nota ta’ dawn in-numri:

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn