Filmat: Nippreżentawlkom l-itwal u l-ikbar sunflowers f’Malta

F'nofs għalqa li tinsab fiż-Żebbiegħ, limiti tal-Imġarr, bħalissa hemm żewġ pjanti li għadhom kemm kisru rekord nazzjonali.
Mill-ħamrija ta' Vincent's Farm ħarġet sunflower twila 3.65 metri (aktar minn sular) u sunflower oħra li d-dijametru tal-fjura hu twil kważi 40 ċentimentru.
Il-General Manager ta' Vincent's Farm, Paul Debono qal ma' Newsbook.com.mt li kull tip ta' ħaxix, pjanta u siġra li għandhom mifruxa mal-170 tomna, jingħataw biss fertilizzant organiku, jiġifieri mingħajr ebda kimika.
Spjegalna li s-sunflowers kibru dan il-kobor b'kumbinazzjoni għax qatt ma tawhom ikel differenti mill-fjuri l-oħra.  
Is-suflower it-twila ilha titwal għal dawn l-aħħar 3 xhur biex tilħaq it-3 metri.
Għal aktar dettallji tista' żżur il-paġna fuq Facebook: Vincent's Farm

Jekk għandek xi tip ta' rekord u tixtieqna niġu nżuruk, tista' tibgħat imejl fuq catherine@newsbook.com.mt