Filmat: “Nikkunsidra serjament li nirtira” – Ray Mercieca

Għada l-Ħadd 20 ta’ Ottubru stennew it-tielet programm mit-tieni staġun ta’ X Factor Malta fejn se nkomplu naraw aktar parteċipanti fl-ewwel fażi tal-auditions.

Kif tistgħu taraw minn dan il-filmat fil-programm ta’ għada nistgħu nistennew minn kollox u r-reazzjonijiet tal-erba’ membri tal-ġurija jagħtu indikazzjoni ta’ dak li nistennew fil-programm ta’ għada.

“Wow x’vuċi dik” – tikkummenta Alexandra Alden wara waħda mill-auditions.

“Ikolli aptit naqbad widnejja u nitfa’l-konkos fuqhom” – jinstema’ jgħid f’kumment ieħor Howard Keith Debono.

Iżda kumment li jnissel tbissima u ovvjament m’għandux jittieħed litteralment huwa dak ta’ Ray Mercieca fejn jinstema’ jgħid li “wara din il-wirja qed nikkunsidra serjament li nirtira!”

Naraw x’ġej għada meta X Factor ikompli fuq TVM fid-9pm.