Filmat: “Nieħdu ħsieb xulxin”

It-Tim ta’ Xarabank il-Ġimgħa filgħaxija nieda kanzunetta ġdida bl-isem “Nieħdu ħsieb xulxin” addattata għal dan iż-żmien diffiċli li qed ngħixu. Fil-kanzunetta b’mużika ta’ Philip Vella u kliem tat-tim ta’ Xarabank jieħdu sehem diversi kantanti Maltin u anke dawk li jaħsbu li jistgħu ikunu kantanti, bħal Danusan.

Il-ħsieb hu li kulħadd, anke min mhux kapaċi, jieħu filmat tiegħu ikanta u jiżfen mal-kanzunetta u dan il-filmat jibgħatu lil Xarabank fuq il-facebook page jew fuq instagram.

Il-kanzunetta twassal sens ta’ ‘KURAĠĠ’ li żgur f’dan iż-żmien diffiċli ħafna nies għandhom bżonn.

Għalhekk ejja ningħaqdu flimkien aktar minn qatt qabel u nxerrdu dan il-messaġġ bħala poplu wieħed. Il-Kanzunetta tista’ ssiba fuq il-facebook page ta’ Xarabank.