Filmat: Nicole Vella f’vidjow mużikali tal-Miss World għall-karità

L-organizzaturi tal-konkors Miss World illum ħarġu l-vidjow uffiċjali tal-kanzunetta The World in Union li ġiet irrekordjata f’Abbey Road Studios ta’ Londra. Għal din il-kanzunetta intgħażlu 10 kontestanti fosthom Nicole Vella, li rrappreżentat lil pajjiżna.

L-iskop wara The World in Union huwa li jinġabru flus għall-karità. L-organizzaturi jaħdmu ma’ 130 pajjiż madwar id-dinja u qed jaħdmu fuq 100 proġett madwar id-dinja taħt il-kappa ta’ Beauty With A Purpose.

Nicole Vella ma’ ommha Debbie Scerri u Miss Ġamajka, ir-rebbieħa ta’ Miss World

Għal dan il-għan qed jinġabru fondi permezz tas-sit justgiving.com/beautywithapurpose

L-organizzaturi qed jippruvaw jilħqu l-miljun darba li l-filmat jarawh biex ikomplu jaħdmu fuq proġetti umanitarji.

Minbarra Nicole Vella fuq dan il-vidjow mużikali hemm Toni-Ann Singh (Miss World 2019 – Ġamajka) Emmy Cuvelier (Miss United States) Rikkiya Brathwaite (Miss British Virgin Islands) Alexis Su Yin (Miss Malaysia) Che’ Amor Greenidge (Miss Barbados) Misty Austfjord (Miss Iceland) Nicole Vella (Miss Malta) Sarah Marschke (Miss Australia) Iciar Diaz Camacho (Miss Bolivia) u Gabriella Jukes (Miss Wales).