Filmat: Nicole tieħu l-Golden Buzzer

Il-Golden Buzzer din il-ġimgħa mar għal Nicole Hammet. Il-kantanta ta’ 17-il sena li konna rajna fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta.

Nicole impressjonat tant li ħalliet lil Howard bla kliem, u tant Impressjonat li Sarah qamet biex tagħfas il-Golden Buzzer.

“Temmen lid-destin?” staqsieha Howard waqt li fakkarha li dak li ma ġarax f’X Factor kellu jiġri isssa… u b’hekk Nicole għaddiet dritt għal-Live Shows.

Jekk insejtuha, din hija l-wirja li Nicole kienet tat waqt l-ewwel edizzjoni tal-programm X Factor Malta.