Filmat: “Nibqgħu nittamaw u nkunu fiduċjużi” – Justine

Il-kantanta Justine Shorfid li rajniha fil-finali tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta ingħaqdet ma’ diversi personalitajiet li qed iwasslu messaġġ permezz ta’ newsbook.com.mt.

FIl-messaġġ tgaħha Justine tgħid li hija dejjem temmen li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi filwaqt li tħeġġeġ lil kulħadd biex f’dan il-mument jibqa’ pozittiv u anki jibqa’ d-dar.

Segwi l-filmat ħalli tara l-messaġġ kollu ta’ Justine.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn