Filmat: “Nibqa’ niġġieled il-mewt biex tinbena Dar Bjorn”

Bjorn Formosa, il-fundatur ta’ ALS Malta, qal li beħsiebu jibqa’ jiġġieled il-mewt sabiex il-proġett iseħħ, il-proġett biex tinbena Dar Bjorn, dar għal dawk li jbatu bil-kundizzjoni ALS, bħalu.

F’kitba fuq Facebook, Bjorn qal li sena u nofs ilu kien inkwetat fuq kif se tmur l-operazzjoni tiegħu u jekk jirnexxilux itemm il-proġett ta’ Dar Bjorn ġdida u ikbar. Qal li b’xi mod, għadu hawn, u kellu x-xorti jara l-proġett jieħu passi kbar ‘l quddiem.

Dar Bjorn qed tinbena f’Ħaż-Żebbuġ.

Huwa appella lin-nies biex jagħmlu d-donazzjonijiet tagħhom b’messaġġ fuq 50618936 għal donazzjoni ta’ €6.99 jew fuq 50619271 għal donazzjoni ta’ €11.65.