Filmat: “Neville għallimni x’jiġifieri nkun leali” – Corazòn

Sibtek li jmiss speċjali mimli personalitajiet maltin ❤️#stayhome #staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin

Posted by Sibtek on Sunday, April 26, 2020

Illum għall-ħabta tas-12.45pm fuq TVM Ryan u Josmar se jwasslu edizzjoni oħra ta’ Sibtek li se jkun jikkonsisti minn ħafna stejjer ta’ nies differenti fosthom il-preżentatriċi u mudella Claudia Calleja li tingħata sorpriża sabiħa fuq is-Siġġu tad-Deheb.

Andonia Mallia ukoll se tingħata sorpriża ħelwa fuq is-Siġġu tad-Deheb filwaqt li Dr Michael Vella Haber jitkellem fuq mumenti sbieħ u koroh li għadda minnhom. Se niltaqgħu ma’ Pawla u t-tifla tagħha Nina.

Ryan jintervista lil Eileen Montesin f’okkażjoni tal-40 sena tagħha fix-xandir. Naraw ukoll x’esperjenzi se jaqsam Ben Camille, kif ukoll niltaqgħu ma’ Angela Agius u t-tifla tagħha Lara Azzopardi.

Matul din l-edizzjoni ta’ Sibtek titwassal l-Ave Maria interpretata minn Mary Spiteri.

Corazòn Mizzi u Neville Refalo jitkellmu dwar ir-relazzjoni romantika tagħhom.

Aktar stejjer li se jitwasslu huma dawk tal-attriċi Taryn Mamo Cefai, filwaqt li l-awtriċi tas-sensiela L-Gharusa, Audrey Brincat Dalli titkellem fuq id-diffikultajiet li għaddiet minnhom.

Dan apparti ħafna mumenti ta’ emozzjonijiet li se jkunu qed jitwasslu matul dan il-programm.