Filmat: “Nesaġeraw meta ngħidu li kumpaniji se jitilqu bil-massa minħabba Brexit” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li wieħed ikun qed jesaġera meta jgħid li wara Brexit, il-kumpaniji stabbiliti fir-Renju Unit se jitilqu bil-massa.
Dan qalu waqt d-diskors f’diskussjoni mtella’ mill-Institute of Directors f’Londra.
Minkejja li huwa konxju li jekk ir-Renju Unit ma tibqax parti mis-suq waħdieni, hu inevitabbli li r-rabtiet kummerċjali se jsofru bil-kbir, jgħid li hemm il-possibiltà li jkun hemm relazzjonijiet ekonomiċi b’saħħithom bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru saħaq li l-wirt komuni u l-ħidma bejn Malta u r-Renju Unit se jiffaċilitaw relazzjonijiet kontinwi bejn iż-żewġ pajjiżi.
Aktar tard, Dr Muscat iddiskuta l-aħħar żviluppi ta’ Brexit mal-Prim Ministru Ingliża Theresa May, fejn qablu li wasal iż-żmien li tittieħed deċiżjoni dwar id-direzzjoni ta’ kif ir-Renju Unit se jkompli r-relazzjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo
Filmat: DOI