Filmat: Nassab hedded lil mara b’ġebla għax ħasibha waħda minna – CABS

Gozitan trapper threatens to throw stone

Back to the stone age on Gozo: With the increasing criticism of their selfish hobby, Maltese bird trappers are getting more and more flustered. Yesterday, while conducting a patrol on Gozo, a CABS team filmed a bird trapper threatening a young woman with a stone in his hand. The woman was walking her dog on a public footpath along the Sannat cliffs at 11 am when the man blocked her way, picked up a stone and launched a tirade of verbal abuse while making threatening gestures with the stone in his hand. “The man knew that there was a CABS team in the area and he probably mistook her for one of our volunteers”, CABS Wildlife Crime Officer Fiona Burrows said in a statement. Trappers and poachers on Malta have repeatedly, abused, threatened and attacked birdwatchers in recent years. At present, tensions are high after CABS and our local partners from BirdLife Malta announced that we are going to report Malta to the EU for allowing finch trapping in breach of the EU´s Birds Directive.

Posted by Committee Against Bird Slaughter (CABS) on Friday, October 23, 2020

Il-Kumitat Kontra l-Moħqrija tal-Għasafar CABS ikkundanna l-aġir ta’ nassab ilbieraħ filgħodu meta dan hedded lil mara li kienet qed tippassiġġa b’ġebla.

CABS ġibed dan il-filmat u xerrdu fuq il-midja soċjali. Il-Kumitat insinwa li n-nassab kien jaf li hemm uffiċjali tal-CABS fiż-żona u kien għalhekk li aġixxa b’dan il-mod, għax x’aktarx ħaseb li l-mara hi waħda minnhom.

Il-każ ġara fil-11am fl-irdum ta’ Sannat meta l-mara kienet qiegħda fuq passiġġata mal-kelb tagħha. In-nassab jidher iwaqqaf mill-mixja tagħha fil-filmat, jaqbad ġebla u jibda jkellimha. Skont il-CABS, kien qed jabbużaha verbalment u jagħmel mossi ta’ theddid bil-ġebla f’idu.

Fi stqarrija, il-CABS qal li minħabba li qed ikun hemm aktar kritika lejn in-nassaba dan l-aħħar, huma qegħdin iħossu aktar pressjoni. Madankollu, il-CABS ġibed l-attenzjoni li din ma tkunx l-ewwel darba li n-nassaba Maltin jagħmlu għan-nies li għandhom għal qalbhom l-għasafar u jaqbżu għad-drittijiet tagħhom.