Filmat: “Nar kbir” bejn San Ġwann u Birkirkara

Kien hemm “nar kbir” bejn iż-żona magħrufa bħala tal-Balal f’San Ġwann u Triq Dun Karm Birkirkara skont sorsi ta’ Newsbook.com.mt.

Il-persuna li bagħtet filmat u ritratt tal-inċident qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 pm. Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li għalkemm kien daħal rapport dwar inċident simili, membri tad-Dipartiment ma setgħu jsibu xejn. Kelliem għall-Pulizija qal li ma daħlux rapporti ta’ inċident ta’ dan it-tip.

Filmat u ritratt: Iain Richmond