Filmat: Nar fil-Manikata; “bżonn ta’ persuni li jieħdu ħsieb dawn iż-żoni”

Fl-aħħar ħin kienu rrappurtati nirien fiż-żona bejn il-Manikata u tad-Delli.

Dan kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija. Hi spjegat li t-triq ingħalqet għal xi ħin iżda issa nfetħet lura għat-traffiku.

Intant, il-Minority Leader tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, Ivan Castillo, tella’ ritratti u filmat fuq Facebook fejn qal li dawn in-nirien bħal qishom saru s-sitwazzjoni normali ta’ żoni agrikoli. Qal li dan juri biċ-ċar li hemm bżonn urġenti li jkunu impjegati Rangers fuq bażi full time u li jkunu attrezzati b’fire hydrants fiż-żoni mħaddra tat-tip madwar Malta u Għawdex.

Hu rringrazzja lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li marru fuq il-post sabiex jitfu n-nirien. Intant sostna li wieħed ma jistax jibqa’ jistenna li jkun il-pubbliku li jirrapporta nirien f’dawn iż-żona. Qal li hemm bżonn ħaddiema li jkunu responsabbli milli jissalvagwarjaw dawn iż-żoni importanti għall-pajjiż biex tittieħed azzjoni aktar immedjata.

RIGHT NOW!! At the moment between Manikata and tad-Delli area! One fire truck is already on site. This has now become…

Posted by Ivan Castillo on Thursday, June 11, 2020
Intant, matul il-lejl li għadda:
Ikkontrollati nirien f’Pembroke