Filmat: Nar fil-limiti taċ-Ċirkewwa; “Ikkontrollat mill-Pulizija”

Iktar kmieni dalgħodu kien hemm nar fil-limiti ta’ Ċirkewwa viċin ta’ waqfa ta’ Tal-Linja.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li n-nar kien ikkontrollat mill-Pulizija stess hekk kif kien biss qabad xi ħaxix. Kompla jgħid li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie nfurmat iżda ma kienx hemm bżonn li dawn imorru fuq il-post. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.20 ta’ dalgħodu.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Filmat: Luke Zerafa