Filmati u Ritratti: Intużaw 250,000 litru ilma għan-nirien tal-Attrans

Aġġornat 06:44 PM

Read in English.

L-imħażen tal-kumpanija Attrans f’Ħal Qormi ħadu n-nar waranofsinhar. Is-CPD qal li intużaw 250,000 litru ilma biex jiġu kkontrollati n-nirien.

Filmat: Eunice Bonello

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li daħal rapport dwar in-nar għas-2.15pm.

Il-kawża tan-nirien għadha mhix magħrufa. Fuq il-post hemm għadd ta’ membri tas-CPD.

Jidher li n-nar żviluppa f’sit tal-kumpanija tat-trasport Attrans.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt jidher li l-post jintuża bħala maħżen ta’ karozzi, dgħajjes, u tiyres fost affarijiet oħra.

Persuni li kienu fil-qrib meta beda n-nar semgħu ħsejjes ta’ splużjonijiet.

Filmat: Michael Grech

Filmat minn Ħal Qormi

Firefighters battle strong winds and thick smoke as truck depot catches fire outside Qormi

Posted by Steve Zammit Lupi on Saturday, June 6, 2020

A huge fire at Attrans Ltd Ħaz-Zebbuġ. Several Civil Protection personnel and fire-engines dispatched on site. Thousands…

Posted by Civil Protection Malta on Saturday, June 6, 2020

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt kien hemm għadd ta’ persuni li għandhom bowsers bl-ilma li marru biex joffru l-ilma tagħhom lis-CPD.

Għas-6pm kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook li nfetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ. Se titmexxa mill-Maġistrat Neville Camilleri.

On Saturday afternoon the Civil Protection Department was alerted on a large fire that engulfed part of a trailer yard…

Posted by Civil Protection Malta on Saturday, June 6, 2020