Filmat: “Naħdmu biex inkomplu l-viżjoni li kellna tul il-kampanja” – Kurstein Sant

Is-Sindku elett tas-Siġġiewi Kurstein Sant qal li n-nies ivvutaw fil-maġġoranza lill-kandidati tal-Partit Laburista għax dawn urew li kellhom viżjoni, u qal li bħala kunsill lokali, iridu jaħdmu biex ikomplu din il-viżjoni.

Huwa rringrazzja lill-votanti kollha tal-fiduċja. Is-Siġġiewi ntrebaħ mill-Partit Laburista skont l-għadd tal-voti tal-bieraħ filgħaxija.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u ntemm ilbieraħ, bl-aħħar 23 lokalità. Il-voti li ngħaddu lbieraħ kienu dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.