Filmat: Mużika kollha oriġinali minn The Travellers waqt L-Għanafest

Bil-programm ta’ din is-sena, għat-12-il edizzjoni tal-Għanafest, Festivals Malta jittamaw li jappellaw għal udjenza ikbar minn qatt qabel.

Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali.

Naturalment kif inhu mistenni, se jkun hemm ħafna mużika, inklużi bands folk lokali u internazzjonali. Il-bands Maltin Skald, The Travellers u Mistura, kif ukoll Sherazade et Lavion Rose, grupp folkloristiku Franċiż, se jkunu wkoll qiegħdin jipparteċipaw f’dan il-festival tant popolari.

F’dan il-filmat, niltaqgħu ma’ Andrew Vella minn The Travellers.

L-Għanafest se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju. Il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.

Filmat: Malcolm Agius

Intervista: Coryse Borg

Muntaġġ: Sarah Salafia