Mil-lejla TVM se jibda jxandar is-sensiela The Kitchen Musical li għandha tinżel tajjeb maż-żgħażagħ u dawk kollha li jħobbu dawn it-tip ta’ sensiliet mużikali.
L-istorja hija dik ta’ Maddie Avilon li tibda taħdem fir-ristorant li missierha għandu f’Pariġi u ma ddumx ma tinduna li fil-ħajja mhux se tibqa’ ssabbat saqajha u tieħu li trid bħal ma kienet tagħmel meta kienet iżgħar.
Dan jiġri meta Alex Marcus, l-executive head chef juriha biċ-ċar li fir-ristorant ta’ missierha l-affarijiet jitmexxu minnu.
F’kull episodju jispikka mhux biex il-kant u l-ikel iżda wkoll iż-żfin hekk kif niltaqgħu wkoll ma’ karattri oħra bħal Daniel Ray, Harry Shaw u Selena Argon li spiss se jinqabdu fil-battikbetti bejn Alex u Maddie.
The Kitchen Musical tikkonsisti fi 13-il puntata u se tkun seqwita mis-sequel The Boston li se jkollha tmien puntati.
Tixxandar kull nhar ta’Ħadd fid-9pm fuq TVM.