Filmat: Mużika ġdida minn Airport Impressions

Aħbar tajba għas-segwaċi tal-grupp Malti Airport Impressions, hekk kif tisttgħu taraw, illum ħarġu silta mużikali ġdida, Faith.

Is-segwaċi tal-grupp ilhom jistennew materjal ġdid minn dan il-grupp sa minn mindu ħarġu l-album Mariette. Ma tantx smajna aktar siltiet mingħandhom f’dawn l-aħħar xhur għalkemm huma ma naqsux milli jdoqqu materjal ġdid waqt it-tours li kienu qed jagħmlu.

Ritratt: Facebook

Il-grupp qed jaħdem fuq aktar materjal u mistennija joħorġu single oħra sal-aħħar tas-sena, filwaqt li fl-2020 se nkunu qed nistennew aktar materjal.