Filmat: Mużika, dwal u viżwal mid-dinja taċ-ċinema

Wara is-suċċess li nkiseb is-sena l-oħra bil-kunċert Movies at the Palace,  din is-sena id-deriġenza tal-Filarmonika l-Unjoni ħadu ħsieb li jtellgħu spettaklu ieħor.

Joseph Piscopo llum jitkellem ma’ Frederick Zammit waqt Nitfa Kultura fuq RTK 103fm biex jagħti aktar dettalji dwar il-kunċert Movies in Concert li se jittella’ bis-sehem tal-Filarmonika L-Unjoni flimkien mal-Amadeus Chamber Choir, il-Malta National Children’s Choir u l-kantanti Eleonor Cassar, Tiziana Calleja u Chris Grech.