Filmat: Musicals ta’ Andrew Lloyd Webber b’xejn fuq YouTube mil-lejla

Permezz tas-siti soċjali Andrew Lloyd Webber ħabbar li mil-lejla, bi ftehim mal-Universal, kull nhar ta’ Ġimgħa se jibdew jintwerew uħud mill-aqwa musicals tiegħu. Dan se jkun qed isir kemm idum għaddej l-avviż tal-awtoritajiet tas-saħħa biex in-nies jibqgħu f’darhom.

Il-musicals se jkunu qed jittellgħu fuq YouTube fil-ħin tat-8pm (7pm ħin fl-Inngilterra) u se jibqgħu onaljn għal 48 siegħha.

L-ewwel musical li se jitwassal illejla huwa Joseph & The The Technicolour Dreamcoat li kien ittella’ fis-sena 2000 bl-atturi Donny Osmond, Joan Collins u Richard Attenborough.

Il-ġimgħa d-dieħla kif mistenni peress li jaħbat il-Ġimgħa l-Kbira se jkun qed jitwassal il-musical Jesus Christ Superstar li ttella’ fis-sena 2012 b’Tim Minchin, Mel C. u Chris Moyles.

Il-musicals se jkunu qed jitwassal fuq il-YouTube Channel The Show Must Go On.