Filmat: MUSIC+ – programm ta’ attivitajiet mużikali

Il-festival mużikali MUSIC+ li se jiġi organizzat minn The Classique Foundation se jibda fit-28 ta’ Settembru u jibqa’ għaddej sa Novembru. Se jkun jinkludi attivitajiet mużikali u edukattivi – recitals, master classes, workshops, taħditiet u konferenza.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li The Classique Foundation kienet waħda minn dawk l-għaqdiet volontarji li bbenefikat mill-iskema ta’ għajnuna li nieda l-Ministeru għal Għawdex biex tassisti għaqdiet voluntarji Għawdxin.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook ta’ The Classique Foundation.